Skip to main content

It-10K huwa kors fuq l-10 Kmandamenti imma mhux ħa noqogħdu naħlulek il-ħin ngħidulek ma toqtolx, ma tisraqx u ma tidgħix.
Dawn huma l-10 Kmandamenti kif qatt ma smajthom qabel.
F’din il-mixja, l-10 kelmiet li Alla ta lill-poplu Lhudi jsiru s-sigriet biex il-bniedem modern jagħmel suċċess fil-ħajja u jkun ferħan.
Dal-kors inħoloq l-Italja u nfirex f’aktar minn 15-il pajjiż. Beda f’Għawdex fl-2019 u se jibda Malta minn dis-sena għaż-żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena.
Vera nsejħulu kors, imma m’hemmx ħlas, assignments jew eżamijiet. Sempliċiment tiġi u tisma’ t-taħdidiet. U jekk tixba’ tista’ ma tiġix aktar u ħadd ma jgħidlek xejn.
Fil-fatt ħafna jiġu u jitilqu għax il-kors ma jgħoddx għal kulħadd. Oħrajn imissilhom qalbhom, jifqagħlhom moħħhom u jbiddlilhom ħajjithom.
Jekk trid tibdieh u tara kif tmur, kemm timla d-dettalji hawn taħt minħabba loġistika.

10 suġġetti ta’ diskussjoni

10 suġġetti ta’ diskussjoni

Mark Bonello

Dun Mark Bonello huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 36 sena; huwa delegat tal-Isqof għaż-Żgħażagħ u jservi bħala vigarju parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Noel Debono

Dun Noel Debono huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 38 sena li studja t-Teoloġija Biblika; huwa delegat tal-Isqof għall-Vokazzjonijiet u jservi bħala vigarju parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar.

Daniel Sultana

Dun Daniel Sultana huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 35 sena; jservi bħala Segretarju Pastorali tad-Djoċesi ta’ Għawdex u vigarju parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta, fil-Katidral ta’ Għawdex.

Joseph Bajada

Dun Joseph Bajada huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 53 sena; wara li, fost l-oħrajn, kien kappillan, illum huwa r-Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex.

Krystof Buttigieg

Dun Krystof Buttigieg huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 37 sena; jservi bħala delegat tal-Isqof għall-Katekeżi u kollaboratur fil-Parroċċa ta’ Santa Marija Assunta, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Meta ser jibda l-kors tal-10K f’Malta? U fejn ser ikun?

Meta ser jibda l-kors tal-10K f’Għawdex? U fejn ser ikun?

Ser ikun hemm traduzzjoni mill-Malti għal lingwi oħra?

Sfortunatament, bħalissa ma nistgħux noffru s-servizz tat-traduzzjoni mill-Malti.

Ser ikun hemm servizz ta’ childminding waqt li jkun għaddej il-kors?

Is-sessjonijiet tal-kors ser ikunu online?

X’inhi l-età meħtieġa sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kors f’Malta jew f’Għawdex?

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel