Skip to main content

It-10K huwa kors fuq l-10 Kmandamenti imma mhux ħa noqogħdu naħlulek il-ħin ngħidulek ma toqtolx, ma tisraqx u ma tidgħix.
Dawn huma l-10 Kmandamenti kif qatt ma smajthom qabel.
F’din il-mixja, l-10 kelmiet li Alla ta lill-poplu Lhudi jsiru s-sigriet biex il-bniedem modern jagħmel suċċess fil-ħajja u jkun ferħan.
Dal-kors inħoloq l-Italja u nfirex f’aktar minn 15-il pajjiż. Beda f’Għawdex fl-2019 u f’Malta fl-2024.
Vera nsejħulu kors, imma m’hemmx ħlas, assignments jew eżamijiet. Sempliċiment tiġi u tisma’ t-taħdidiet. U jekk tixba’ tista’ ma tiġix aktar u ħadd ma jgħidlek xejn.
Fil-fatt ħafna jiġu u jitilqu għax il-kors ma jgħoddx għal kulħadd. Oħrajn imissilhom qalbhom, jifqagħlhom moħħhom u jbiddlilhom ħajjithom.
Jekk trid tibdieh u tara kif tmur, kemm timla d-dettalji hawn taħt minħabba loġistika.

10 suġġetti ta’ diskussjoni

10 suġġetti ta’ diskussjoni

Mark Bonello

Dun Mark Bonello huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 38 sena; huwa delegat tal-Isqof għaż-Żgħażagħ u jservi bħala vigarju parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Noel Debono

Dun Noel Debono huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 40 sena li studja t-Teoloġija Biblika; huwa delegat tal-Isqof għall-Vokazzjonijiet u jservi bħala vigarju parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar.

Daniel Sultana

Dun Daniel Sultana huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 37 sena; iservi bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra.

Joseph Bajada

Dun Joseph Bajada huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 55 sena; wara li, fost l-oħrajn, kien kappillan, illum huwa r-Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex.

Krystof Buttigieg

Dun Krystof Buttigieg huwa saċerdot djoċesan Għawdxi ta’ 39 sena; iservi bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur.

Benjamin Flores Martin

Benjamin Flores Martin għandu 36 sena u huwa miżżewweġ lil Maria. Huwa jservi bħala delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ u jmexxi l-Malta Catholic Youth Network.

Matthew Pulis

Dun Matthew Pulis huwa saċerdot djoċesan ta’ 41 sena; huwa l-kappillan tal-Manikata u tal-Iskola St Joseph f’Tas-Sliema u akkademiku fit-Teoloġija Prattika.

Terence Spiteri

Fr Terence Spiteri OSA huwa saċerdot Agostinjan ta’ 38 sena. Huwa l-kappillan tal-Kulleġġ Santu Wistin u jieħu ħsieb il-pastorali taż-żgħażagħ u tal-vokazzjonijiet fil-Provinċja Agostinjana ta’ Malta.

Claudio Laferla

Claudio Laferla għandu 55 sena u huwa miżżewweġ lil Antoinette. Huwa jaħdem bħala għalliem u flimkien ma’ Antoinette jakkumpanjaw koppji oħra f’mixja spiritwali kattolika.

Antoinette Laferla

Antoinette Laferla għandha 55 sena u hija miżżewġa lil Claudio. Hija taħdem bħala occupational therapist u flimkien ma’ Claudio jakkumpanjaw koppji oħra f’mixja kattolika.

Meta ser jibda l-kors tal-10K f’Malta? U fejn ser ikun?

Meta ser jibda l-kors tal-10K f’Għawdex? U fejn ser ikun?

Fiex jikkonsisti eżatt dan il-kors?

Il-kors jikkonsisti f’taħdita darba fil-ġimgħa ta’ madwar 45 minuta. Kif ngħidu fid-deskrizzjoni t’hawn fuq, int sempliċiment tiġi u tisma’.
Hemm iktar minn taħdita waħda fuq kull kmandament, u kull waħda tkompli tibni fuq dik ta’ qabilha. Dan ifisser li l-kors idum madwar sena, b’waqfa twila fis-Sajf.
Matul il-kors, isiru wkoll tliet weekends flimkien. Dawn il-weekends huma fost l-aktar mumenti importanti matul il-kors kollu.
Imma bħalma ngħidu dejjem, m’għandek ebda rabta. Ejja fil-bidu, u ara jgħoddx għalik.

Ser ikun hemm traduzzjoni mill-Malti għal lingwi oħra?

Ser ikun hemm servizz ta’ childminding waqt li jkun għaddej il-kors?

Is-sessjonijiet tal-kors ser ikunu online?

X’inhi l-età meħtieġa sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kors f’Malta jew f’Għawdex?

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

il-kmandamenti kif qatt

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel

ma smajthom qabel